Bosta persuni ta’ twemmin differenti ngħaqdu flimkien għal ikla ftit jiem biss qabel ir-Ramadan jasal fi tmiemu, fejn flimkien ma’ persuni bi twemmin Musulman, kisru s-sawma tagħhom.

Fost l-oħrajn, għall-avveniment kien hemm il-President ta’ Malta George Vella u l-mara tiegħu. Skont stqarrija mill-komunità Musulmana f’Malta ġie spjegat li l-avveniment sar bil-għan li jippromwovi l-paċi fis-soċjetà billi bosta persuni jifhmu aktar lil xulxin u l-kulturi u r-reliġjonijiet differenti.

Il-programm beda billi nqraw xi partijiet mill-Quran. Imbagħad, intqal li l-President Abela tkellem dwar il-bżonn ta’ għaqda u djalogu bejn komunitajiet bi twemmin differenti filwaqt li faħħar lil Ahmadiyya Muslim Jamaat tal-inizjattiva li ħadu f’dan ir-rigward. Spjega li r-Ramadan huwa perjodu fejn wieħed jaħdem fuq id-dixxiplina tiegħu miegħu nniffsu, filwaqt li jidderieġi lil qalbu sabiex tifhem aktar u tempatizza mal-bżonnijiet tal-oħrajn.