Lewis Hamilton qal li hu determinat li jkompli jtellaq fil-Formula 1 la darba jibqa’ jiflaħ u jirbaħ. Is-sewwieq ta’ Mercedes rebaħ erba’ minn sitt tlielaq li saru din is-sena filwaqt li qiegħed 14-il rebħa inqas mir-rekord  ta’ Michael Schumacher li rnexxielu jirbaħ 91 grand pirx.

Hamilton qal li Schumacher irtira ta’ 38 sena, iżda hu għad għandu 33 sena u qal li żgur jiflaħ jagħmel ħames snin oħra. Hu stqarr li jrid ikompli bil-karriera tiegħu ladarba qed jieħu gost jikkompeti.