Waqt Follow Up illum 3 ta’ Ġunju 2019, Sylvana Debono titkellem ma’ Kevin Papagiorcopulo mill-Arċidjoċesi ta’ Malta dwar il-messaġġ tal-Papa għal Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, kif ukoll ma’ Herman Grech, Editor in Chief ta’ The Times of Malta u Rachel Attard, Editor in Chief ta’ Standard Publications, titkellem dwar il-qagħda kurrenti tal-Partit Nazzjonalista. Ma’ Dr Miriam Sciberras ta’ Lifeline, tiddisskuti l-għajnuna li tingħata lil ommijiet li t-trabi tagħhom imutu immedjatament wara t-twelid u mal-Perit Danica Mifsud, titkellem dwar il-proġett tal-Hotel Phoenicia.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.