Waqt Follow Up illum it-Tlieta 4 ta’ Ġunju, Sergio Mallia se jagħmel tislima lil Terry Farrugia li ħalliena fil-31 ta’ Mejju. Jagħmel ukoll analiżi dwar Il-Vot 16 u l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma’ Michael R. Piccinino, Membru tal-bord Tal-European Youth Forum u Chiara Vassallo, President tal-KNZ, kif ukoll jitkellem dwar ir-riżultat ta’ Malta fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żghar ma’ Joseph Cassar, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti. Fl-aħħar… l-#allwelcome Campaign – tagħmel sens? Niddiskutu ma’ Alex Caruana mill-MGRM

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.