Vincente Navarro Aparicio kien partitarju kbir tat-tim ta’ Valencia. Huwa kien jixtri l-biljett tal-istaġun sena wara sena u kien imur jara kull logħba li Valencia kienu jilagħbu f’darhom. Iżda dan għamlu wkoll meta spiċċa biex għama. Aparicio ħass li kellu jibqa’ jissapportja lit-tim anka wara li għama.

Wara li għama, kien imur ma ibnu l-grawnd biex jagħti s-sapport tiegħu, filwaqt li ibnu jispjegalu x’inhu jiġri.

Dan il-partitarju miet sentejn ilu, u issa l-klabb iddeċida li fis-siġġu numru 164 fil-filliera numru 15 għandha titqiegħed statwa b’tifkira tiegħu. Dan sar b’sens ta’ rispett lejh hekk kif hu ma naqas qatt milli juri r-rispett tiegħu lejn it-tim.