Ftit tal-ħin ilu għadha kemm tħabbret il-mewt ta’ Stuart Diacono, żagħżugħ ta’ 34 sena minn-Ħaż-Żabbar. Huwa kien involut kemm fil-football lokali kif ukoll fil-futsal. Huwa kien ukoll manager tat-tim tal-futsal tal-Belt Valletta.

Diacono kien rikoverat l-Isptar Mater Dei madankollu tilef il-ġlieda kontra l-mewt ftit tal-ħin ilu.

Bosta kienu dawk li wrew is-sogħba tagħhom għall-mewt taż-żagħżugħ u rringrazzjawh għax-xogħol li għamel kemm fit-tim tas-St Patrick’s f’Ħaż-Żabbar kif ukoll fil-qasam lokali. Fost il-kummenti fuq il-profil tiegħu fuq Facebook bosta rringrazzjawh għal kliem pożittiv li dejjem kien jgħidilhom, kif ukoll għal karattru ferrieħi li kellu.