Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Follow Up Dinja Ewropa se nitħaddtu dwar l-aħħar informazzjoni marbuta mas-semestru Ewropew u l-qagħda ekonomika fl-Ewropa, hekk kif aktar tard illum jiġi ppubblikat r-rapport mill-Kummissjoni Ewropea, mal-ekonomista Alexia Zammit, responsabbli mis-Semestru Ewropew fi ħdan ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta. Se nitkellmu wkoll mal-Professur Charmaine Gauci, is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika f’Malta, li għadha kemm ġiet magħżula bħala Eroj Ewropew fid-dawl ta l-ħidma li ssir f’Malta, biex fid-dawl ta’ regolamenti Ewropej, ikun hemm protezzjoni għaċ-ċittadini Ewropej. Imexxi l-programm Jesmond Saliba.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.