Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera qal li jinsab miftuħ għall-idea li l-Gvern jixtri ġonna jew artijiet privati li jkollhom valur storiku, qabel ma jingħataw għall-iżvilupp. Il-Ministru kien qed jitkellem waqt l-għeluq tad-diskussjoni dwar l-estimi tal-Awtorità tal-Ambjent.

Kien id-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi li għamel appell lill-Gvern biex isalva Villa Frere u Giardino Zammitello fil-Pietà. Huwa qal li waqt li erba’ xhur ilu l-Prim Ministru kien ħabbar li lest li jgħin fir-restawr ta’ Villa Frere, issa żviluppatur qed jehdded l-eżistenza tagħha billi kiteb lill-awtoritajiet biex jixtri art pubbika fiz-zona.

Il-Ministru qal li l-ikbar sfreġju lill-ambjent sar fl-2006 fir-rationalisation exercise li fi kliemu ta l-opportunità li jsir żvilupp fejn ma kienx permess u li hu bħala Ministru m’għandux poter li jwaqqaf issa.