Kampanja li għadu kif nieda l-Gvern għandha l-għan li tnaqqas ir-rimi ta’ skart fil-baħar u ġġib l-isem ta’ Marine Litter – Saving Our Blue. 

Id-dettalji tħabbru din il-ġimgħa mill-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera, li stieden lill-pubbliku biex dan is-sajf jagħmel 10 wegħdi. Dawn huma:

  1. Ġorr flixkun li tista’ terġa’ tuża meta tmur fuq xi bajja
rawpixel.com from Pexels

 

  1. Għid le għal tazzi tal-plastik u għal straws tal-plastik
pexels

 

  1. Għid le għall-basktijiet tal-plastik meta tmur tixtri
Stephanie Ho, Pexels

 

  1. Agħżel platti, frieket u skieken li jistgħu jerġgħu jintużaw jew biodegredabbli
BuyFnB, Pexels

 

  1. Issepara l-iskart kif suppost
Paweł Czerwiński, Unsplash

 

  1. Meta tmur tixtri agħżel prodotti mingħajr ippakkeġġjar
Fancycrave.com, Pexels
  1. Armi l-loqom tas-sigaretti, tħammiġx
Paweł Czerwiński, Unsplash

 

  1. Armi kif suppost kimiċi u mediċini mhux użati
Francesco Mazzone, Unsplash
  1. Evita kożmetiċi li fihom il-microbeads
Pexels
  1. Iġbor u armi l-iskart fil-bins
Vova Drozdey, Unsplash

Dawn il-wegħdi jaf tismagħhom aktar minn darba fis-sajf, għax uffiċjali tal-Ministeru se jkunu qed iduru l-bajjiet biex jgħinu lill-pubbliku jibdel id-drawwiet.