L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża qalet li l-partitarji responsabbli mill-ġlied li nqala’ f’Porto qabel is-semi-finali tal-League tan-Nazzjonijiet tal-lum, ma jistgħux jitqiesu bħala partitarji veri Ingliżi. Dan għaliex l-attitudni tagħhom mhix aċċettabli u qed jimbarazzaw lit-tim Ingliż.

Jidher li f’Porto, xi partitarji Ingliżi qalgħu l-problemi għat-tieni lejl konsekuttiv u kellhom jiġu mwaqqfa mill-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet. Il-partitarji tefgħu xi fliexken lill-partitarji Portugiżi f’żona fejn l-istess partitarji kienu qed jaraw il-logħba bejn il-Portugall u l-Isvizzera. Logħba li intrebħet mill-Portugiżi grazzi għat-tliet gowls skurajati min Ronaldho.

Il-kap tal-pulizija tar-Renju Unit sejjaħ l-imġiba tagħhom bħala “kompletament inaċċettabbli”. Uħud mill-partitarji Ingliżi qed joqgħodu f’Porto hekk kif hu ftit kilometri bogħod minn Guimaraes fejn it-tin Nazzjonali Ingliż se jkun qed jilgħab kontra l-Olanda fil-play-off tal-UEFA Nations League aktar tard illum.