REUTERS/James Akena TPX IMAGES OF THE DAY - RC1491260790

App ġdida li ġiet maħruġa fin-Nofsinhar tas-Sudan qed tgħin sabiex eluf ta’ tfal jerġgħu jingħaqdu mal-familji tagħhom wara li ġew separati minħabba gwerra li damet għaddejja ħames snin u jidentifika tfal vulnerabbli oħrajn.

L-app ġiet żviluppata mill-Aġenzija tat-Tfal fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda u l-għaqda Save the Children sabiex tippermetti li mijiet ta’ ħaddiema jsibu l-familji fin-Nofsinhar tas-Sudan u magħhom jaqsmu informazzjoni fuq il-mobiles u t-tablets.

Il-ħaddiema inkarigati minn dan l-irwol kienu qed isibuha ferm diffiċli biex jikkomunikaw ma’ xulxin u b’hekk din l-app qed iġġib ix-xogħol tagħhom wieħed li faċli jsir fis-seklu 21.

Il-Gvern tal-pajjiż iffirma ftehim ta’ paċi mar-ribelli fi ħdanu f’Settembru, għaldaqstant, il-gwerra li kienet bdiet fl-2013 ħalliet impatt devastanti fuq il-pajjiż. Minn tal-inqas 50,000 persuna nqatlu filwaqt li wieħed minn kull tliet Sudaniż telqu minn darhom.

Jidher li hemm aktar minn 19,000 tifel u tifla li ġew irreġistrati bħala nieqsa, mhux akkumpanjati jew li ġew separati mill-familji. Filwaqt li aktar minn 6,000 tifel u tifla ġew irritornati lill-familji tagħhom, għexrien oħrajn għadhom qed jgħixu ma’ foster families temporanji.