Ritratt: Picture Perfect Photography

Illum hija ġurnata speċjali għall-produttur televiżiv u attur David Rizzo li ismu bla dubju hu assoċjat ma’ numru ta’ sensiliet ta’ drama Maltija bħal Rifless, Il-Patt u bħalissa is-sensiela Viġilante li tinsab fit-tieni staġun tagħha.

Rizzo filfatt aktar tard wara nofsinhar se jkun qed jiżżewweġ fil-Parroċċa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq lill-maħbuba tiegħu Sarah Bugeja.

Ritratt: Picture Perfect Photography

Huma ilhom jafu lil xulxin madwar erba’ snin u ltaqgħu fi żmien tas-sensiela Rifless li Sarah kienet issegwi ta’ kull ġimgħa. Darba minnhom għaddiet kumment wara li rat episodju tas-serje favorita tagħha u kien minn hemm li David kien għamel kuntatt magħha.

Ir-relazzjoni tagħhom kienet qabdet sew u fis-17 ta’ April 2016 David ippropona lil Sarah u hi aċċettat.

Awguri lil din il-koppja f’din il-ġurnata tant speċjali għalihom.