Neymar tefa’ ritratt fuq Instagram tal-għaksa li weġġa’ wara li kien imġiegħel jieqaf mill-Copa Amerca. L-istilla Brażiljana weġġa’ l-ligament tal-għaksa tal-lemin waqt logħba ta’ ħbiberija kontra l-Qatar.

Issa l-Brażiljani se jkollhom jilagħbu mingħajr il-captain tagħhom li jidher li fadallu biex jerġa’ lura għal-logħob. Mir-ritratt li tella’ fuq il-midja soċjali jidher li għandu l-għaksa ballun. Huwa spiċċa weġġa’ wara li plejer tat-tim oppost għamillu tackle ħażina. Il-kowċ daħħal lil Soares jilgħab minfloku. Il-logħba intrebħet mill-Brażiljani b’gowls ta’ Richarlison u Jesus.