Bejn is-Sibt l-ewwel, u l-Ħadd tnejn ta’ Ġunju Zammit sewwieq tal-Hillclimb u membru tal-Island Car club, kien impenjat fil-ħdax u t-tnax il-rawnd tal-Kampjonat Ingliż tal-Hillclimb ġewwa Shelsey Walsh. Zammit ikkompeta bil-Karozza Empire Wraith u apparti li rebaħ il-klassi tiegħu, bħalissa jinsab fit-tnax il-post tal-kampjonat għalkemm ipparteċipa biss f’sitta mit-tnax il-tellieqa. Dan il-kampjonat qiegħed jieħu lill-Zammit f’uħud mit-toroq storiċi li wieħed isib ġewwa l-Ingilterra, fosthom, Loton Park, Prescott u Shelsey Walsh.

Shelsey Walsh huwa l-eqdem post fid-dinja li għadu jintuża għal-motorsport, proprju minn Awwissu tal-1905.