Fi tmiem l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju, flimkien mat-tim tiegħu Warren Sciberras għamel prova f’Snetterton fir-Renju Unit, meta tellaq fil-Mini Challenge Touring Car Racing.

L-għan wara din l-esperjenza kien li tkun ikkonfermata l-abilità ta’ Sciberras biex jikkompeti fi tlielaq ta’ dan il-livell. Il-ħin meħtieġ minn Sciberras f’din l-ewwel esperjenza kien dak ta’ 2 minuti u 30 sekonda. Filwaqt li l-prova ġeneralment issir f’ċirkwit vojt, Sciberras kellu karozzi oħra jsuqu fl-istess ħin.

Sciberras ma kienx familjari maċ-ċirkwit u t-temp ma kienx wisq favorevoli. Madankollu rnexxielu jispiċċa biss 2 sekondi ‘l bogħod mill-mira tiegħu. Jidher li dan kien biss il-bidu għal sewwieq ieħor Malti biex jagħmel isem għalih innifsu u għall-Motorsport Malti fir-Renju Unit.