Il-President tal-Youth Football Association Fr Hilary Tagliaferro faħħar is-sistema l-ġdida COMET, li kienet introdotta dan l-istaġun flimkien mal-MFA. Din is-sistema tista’ tiġġenera statistika eċċezzjonali, u utli kemm għan-nurseries tal-futbol kif ukoll għall-Assoċjazzjoni. Dan qalu waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-YFA.

Fr Hilary esprima d-dispjaċir tiegħu hekk kif qal li sal-ġurnata tal-lum għad hemm amministraturi u coaches ta’ timijiet taż-żgħażagħ li huma lesti li jieħdu vantaġġ mill-vulnerabbiltà tal-plejers tagħhom biex jirbħu l-logħob permezz tal-korruzzjoni.

Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-Youth FA, Joe Micallef ippreżenta rapport dettaljat tas-season 2018-19 fejn inkluda data u statistika mill-kompetizzjonijiet ta’ taħt id-disa’ snin sa kompetizzjonijiet ta’ taħt is-17-il sena.