Nies jitilqu mill-pajjiż fil-Venezwela minħabba s-sistema ta' tmexxija

Għexiren ta’ eluf ta’ persuni qasmu il-konfini bejn il-Veneżwela u l-Kolumbja wara li l-awtoritaijiet fetħu l-aċċess għall-ewwel darba wara erba’ xhur.

L-aċċess kien magħluq fi Frar fuq talba tal-Preisdent Nicolas Maduro hekk kif il-kap tal-oppożizzjoni Juan Guaido kien lest li iġib għajnuna umanitarja bl-appoġġ tal-Istati Uniti.

Il-pajjiż qed jiffaċċja nuqqas serju ta’ provisti basiċi b’riżultat ta’ snin twal ta’ kriżi ekonomika kbira.

Skont in-Nazzjoanijiet Uniti iktar minn 4 miljun ħarbu mill-Venezwela fl-aħħar erba’ snin. Il-ministru tal-affarijiet barranin tal-Kolumbja qal li iktar minn 37,000 persuna mill-Veneżwela ħarab lejn il-kolumbja fil-ġurnata tas-Sibt.