pexels.com / Sebastian Voortman

L-Uffiċċju Metereoloġiku ta’ Malta fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wissa’ kontra t-temperaturi għoljin li mistennija jintlaħqu l-Ħadd bejn is-1 u l-5 ta’ wara nofsinhar.

AQRA: L-ewwel heatwave tas-sena fi tmiem il-ġimgħa?

It-temperatura fl-10.30 tal-Ħadd filgħodu laħqet il-35 grad Celsius.

It-temperaturi jittieħdu fid-dell.

Il-paġna Malta Weather qalet li t-temperatura mistennija titla’ 36°C wara nofisnhar filwaqt li The Weather Page Malta qalet li t-temperature tinħass ta’ 38 °C. Dan ifisser li l-jum tal-Ħadd huwa l-iktar wieħed sħun sal-lum.

F’każijiet bħal dawn kulħadd huwa avżat biex jipproteġi lilu nnifsu kontra r-raġġi tax-xemx u jixrob ilma biżżejjed.