Is-sajf wasal, u flimkien miegħu, għal ħafna jfisser ukoll li waslet xi safra li tant ilhom jistennew! Grazzi għall-kumpanija tat-titjir Volotea, int se tkun issa tista’ ssiefer lejn żewġ postijiet oħra fl-Italja.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li permezz tal-kumpanija Volotea, se jkun hemm titjiriet diretti minn u lejn Verona u Ġenova fl-Italja.

L-inawgurazzjoni ta’ dawn iż-żewġ destinazzjonijiet ġodda saru biss ġurnata ‘l bogħod minn xulxin, f’dak li jista’ jkun deskritt aħbar tajba għall-Maltin kollha li jħobbu jsiefru!

Minkejja li ż-żewġt ibliet huma t-tnejn fit-tramuntana tal-Italja u jinsabu madwar tliet siegħat ‘il bogħod minn xulxin, dak li joffru huwa differenti u dawk kollha li jżuru dawn iż-żewġ postijiet ikollhom l-opportunità jgawdu affarijiet differenti għal xulxin.