Is-Sibt li għadda ħabbarnilkom li l-attur David Rizzo li nafuh minn sensiliet bħal Viġilante, Il-Patt u Rifless fost oħrajn kien se jiżżewweġ. Hu żżewweġ lill-maħbuba tiegħu Sarah Bugeja fil-Parroċċa Santa Katarina u wara riċeviment fil-Wardija fejn flimkien ma’ bosta qraba u ħbieb iċċelebraw dan il-mument ta’ ferħ.

Ritratt: Newsbook

Ma setax jonqos li jkunu preżenti għadd kbir ta’ personalitajiet mix-xena televiżiva lokali, ħafna minnhom li ħadmu tul is-snin ma’ DarC, il-kumpanija ta’ produzzjoni ta’ Rizzo. Ma naqsux ukoll kantanti bħal Kevin Borg, Jasmine Abela u Ivan Grech.

F’atmosfera l-aktar brijuża, il-koppja ċċelebraw dan il-jum hekk kif issa bdew bl-isfida ġdida f’ħajjithom bħala familja.

Naqsmu magħkom dan il-filmat tal-ewwel żifna tagħhom bħala koppja miżżewwġa u nawguraw lil David u lil Sarah għal ħajja feliċi.

AQRA: Illum jiżżewweġ l-attur David Rizzo ta’ Viġilante; Il-koppja ltaqgħet grazzi għas-serje Ir-Rifless

Ritratt: Newsbook