Sebastian Vettel tilef il-Grand Prix Kanadiża b’mod kontroversjali. Is-sewwieq Ġermaniż irnexxielu jaqbeż il-linja l-ewwel, iżda kellu jikkuntenta bit-tieni post hekk kif ġie mogħti penali ta’ ħames sekondi. Riżultat ta’ dan, kien propju Lewis Hamilton li rnexxielhu jirbaħ l-ewwel post.

Il-penali li ngħata Vettel spiċċat fiċ-ċentru ta’ kontroversja sħiħa. Wara l-inċident, is-sewwieq spjega kif ma kellux wisq kontroll tal-karozza x’ħin baqa’ tiela fuq il-ħaxix. Vettel spjega kif jiringrazzja l’Alla li ma ħabatx mal-ħajt. Hu deher ferm iddispjaċut u irrabjat x’ħin telgħu fuq il-podju fl-aħħar tat-tellieqa.