Virgil van Dijki irnexxielu jagħmel 65 logħba suċċessiva mingħajr ma jaqbżu plejer. Għalkemm lanqas Ronaldo me rnexxielu jaqbżu, kien l-istess Ronaldo li spiċċa għolla t-trofew ilbieraħ.
L-istilla ta’ Juventus żgur mhux se jkun qed jirbaħ il-ballun tad-deheb għas-sitt darba hekk kif ma rnexxielux jiskurja fil-finali. Minflok, ħalla f’idejn Goncalo Guedes biex skurja l-gowl tar-rebħa. Hu rnexxielu jiskurja propju fis-60 minuta biex il-Portugall rebħu aktar minn €10 miljun.
Filwaqt li ħafna nies ma jqisux it-tim Portugiż bħala l-aħjar tim fil-kontinent, il-Portugall irnexxielu jirbaħ il-euro 2016 u issa sar l-ewwel tim rebbieħ ta ‘ turnew b’55-tim.