Ritratt: Canale 5

Wara disa’ ġimgħat, is-sittax-il edizzjoni tar-reality show Grande Fratello tasal fi tmiemha proprju llejla u bħas-soltu se tkun qed tippreżenta Barbara D’Urso. Il-programm jixxandar illejla fuq Canale 5 fid-9.25pm.

Fid-dar tal-Grande Fratello hemm seba’ persuni, li minnhom erba’ moħħhom jinsab mistrieħ li jinsabu dirett fil-finali.

Tnejn jinqalgħu fl-ewwel parti tal-programm tal-lejla

Iżda mbagħad hemm tlieta oħra, li minnhom tnejn se jinqalgħu fl-ewwel parti tal-programm tal-lejla.

Dawn huma Enrico, Francesca u Erica.

Għal Enrico din hija r-raba’ darba li qed jiffaċċja l-vot tal-pubbliku. Erica iżda qegħda tiffaċċja l-vot tal-pubbliku għas-seba’ darba. Imbagħad hemm Francesca, li bla dubju hija l-parteċipanta l-aktar diskussa f’din l-edizzjoni.

Il-finalisti b’moħħhom mistrieħ

Fost l-erba’ li hemm b’moħħhom mistireħ hemm Daniele li spiċċa fil-finali permezz ta’ 77% tal-voti tal-pubbliku. Beda fuq nota ħażina meta kellu xi jgħid ma’ Cristian Imparato iżda minn ġimgħa għall-oħra, rajnih jagħmel ħbieb ma’ kulħadd.

Gennaro Lillio huwa l-parteċipant li sab ruħu fil-finali. Tul dawn il-ġimgħat spikkat l-istorja tiegħu ma’ Francesca De Andrè, kif ukoll għar-rakkont mill-lat personali fejn stqarr li l-aħħar li ra lil missieru kien meta kellu tlett snin.

Martina sabet ruħha għall-ġudizzju tal-pubbliku tlett darbiet, iżda mbagħad b’51% tal-voti tal-pubbliku. Tul dawn il-ġimgħat ippruvat taqbad ma’ Daniele iżda waslu biss sal-ħbiberija. Hija kienet l-ispirazzjoni ta’ Irama għall-kanzunetta La Ragazza con il Cuore di Latta.

Gianmarco Onestino huwa r-raba’ finalist konfermat. Dejjem qagħad għalih u bosta skantaw kif wasal sal-finali għax apparti l-istorja qasira ma’ Ivana, ftit li xejn kien għamel xi affarijiet li spiċċaw diskussi barra mid-dar.

Il-programm ikun bħas-soltu f’xandira diretta u bla dubju li l-programm jibqa’ sejjer tard ħafna.