Il-kunċert Summer Daze se jerġa’ jsir ġewwa Ta’ Qali fejn fost għexieren ta’ artisti magħrufin se jiġu Malta l-kantant Ingliż u parteċipant ta’ X-Factor James Arthur u d-DJ magħruf David Guetta.

Din hija t-tieni edizzjoni tal-festival li se jkun qed isir bejn l-14 u l-15 ta’ Awwissu. Il-festival li huwa b’xejn għal kull min jixtieq jattendi jsir b’kollaborazzjoni bejn Creamfields u BBC Radio 1.

Min huma l-artisti li ġejjin Malta?

Alle Farben

David Guetta

Danny Howard

Green Velvet

James Arthur

Loco Dice

Tenishia

Tyga

Personaġġi oħrajn jinkludu MC Stretch, Monki u Paul Kalbrenner.