Ritratt: Facebook

Illum ġurnata speċjali għal Steven Dalli u Justin Farrugia tal-kumpanija Sharp Shoot Media. Kien filfatt bħal-lum sitt snin li l-kumpanija tagħhom bdiet.

Ritratt: Facebook

Bla dubju li l-ewwel sensiela li għamlu ħoss biha kienet Rajt ma’ Rajtx. Iżda ma naqsux produzzjonijiet oħra bħal Xjenzarti u ftit wara s-sensiela ta’ drama li kienet kisbet suċċess kbir Strada Stretta.

Baqgħu għaddejjin b’aktar produzzjonijiet fosthom ukoll Kultura News.

Niftakruhom ukoll bħala n-nies wara l-produzzjoni Benjamin.

Fl-aħħar xhur tawna wkoll serje oħra, L-Għarusa, li wkoll marret tajjeb, tant li f’Ottubru li ġej mistenni jibda t-tieni staġun.

Din il-produzzjoni għandha kitba ta’ Audrey Brincat Dalli u fiha hemm kast kbir ta’ atturi magħrufa.

Il-filming fuq dawn il-puntati l-ġodda mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin u diġa hemm stennija fost il-Maltin u l-Għawdxin biex jaraw fejn se teħodna l-istorja tat-tieni staġun u niskopru wkoll x’kien ġara eżatt minn Bettina.

Awguri lil Steven, Justin u t-tim kollu ta’ Sharp Shoot Media għal aktar programmi.

Ritratt: Facebook