PN

Dr Kevin Cutajar illum wara nofsinhar ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari ġdid wara li ġie co-opted biex ħa post is-siġġu battal ta’ David Stellini li rriżenja fl-aħħar ġimgħat.

AQRA: Siġġu Stellini: Kevin Cutajar approvat b’mod unanimu 

Il-ġurament tal-ħatra ngħata fil-bidu tas-seduta Parlamentari. Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg ferħet lil Dr Cutajar u qalet li kienet privileġġata li kienet se tgħaddilu l-kelma għall-ewwel diskors tiegħu.

Fl-ewwel intervent tiegħu fil-Parlament, Dr Cutajar qal li huwa unur u privileġġ li se jkun qed jagħmel parti mill-Kamra tar-Rappreżentanti u li jirrapreżenta lil Għawdex. Dr Cutajar stqarr li kien emozzjonat.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia filwaqt li feraħ lil Dr Cutajar, talab lill-kamra biex tagħtih opportunitá li jaqdi dmiru.

Cutajar li hu persuna nieqes mid-dawl, hu l-ewwel persuna b’diżabbiltà fil-Parlament Malti.

AQRA: Jean Pierre Debono mhux se jieħu l-ġurament tal-ħatra

Il-mozzjoni ġiet imressqa mill-Kap tal-Kamra, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chirs Fearne u ġiet sekondata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.