Facebook - Police Nationale du Mali

Rapporti qed jgħidu li kważi mitt persuna nqatlu f’attakk fuq villaġġ fiċ-ċentru tal-Mali li huwa abitat mill-grupp etniku Dogon.

Skont il-BBC, l-attakk seħħ fir-reġjun Mopti. It-tfittxija għall-iġsma għadha għaddejja imma uffiċjali qalu li 95 persuna nstabu mejta. Ħafna mill-iġsma kienu maħruqin.

Fl-aħħar xhur kien hemm numru ta’ attakki fil-Mali. Uħud twettqu minn gruppi tal-jihad.