DOI - Reuben Piscopo

Il-President ta’ Malta George Vella se jagħmel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu barra minn Malta biex jattendi u jindirizza l-konferenza annwali tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) f’Ġinevra, l-Iżvizzera fl-okkażjoni taċ-ċentenarju tagħha.

It-tema magħżula mill-ILO għal din is-sena se tkun ‘Il-Futur tax-Xogħol’, u għal din il-konferenza mistennija jattendu diversi mexxejja minn madwar id-dinja.

Waqt iż-żjara tiegħu f’Ġinevra, il-President Vella se jkollu wkoll numru ta’ laqgħat ma’ dinjitarji għolja f’istituzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda.