Tlieta mill-protagonisti ta' din is-sensiela

Bħalissa huwa żmien fejn diversi djar tal-produzzjoni jkunu qed jippreparaw għall-istaġun tal-Ħarifa 2019.

Fost dawn insibu s-sensiela Fattigi li l-ewwel staġun tagħha xxandar fuq Net TV bejn Ottubru u Marzu.

Għall-puntati l-ġodda qed issir sejħa għal atturi li għandhom ‘il fuq minn 65 sena.

Dawk kollha interessati għandhom iċemplu fuq 79436225 jew jibagħtu email fuq l-indirizz tv@watermelon.com.mt

F’din is-serje televiżiva qed jagħtu sehemhom atturi bħal Veronika Farrugia, Michael Sciortino, Geordie Schembri, Sarah Camilleri, Elizabeth Ellul-Hawes, Lenies Gauci, Leontine u Adrian Azzopardi fost ħafna oħrajn