Ritratt: Benefit Cosmetics UK

Kate Grant għandha 20 sena. Id-determinazzjoni tagħha li tirnexxi f’dak li tħobb qed ikompli jgħinha twettaq il-ħolm tagħha.

Din it-tfajla li għandha Down syndrome xtaqet li ssir mudella. U rnexxielha tant li saret l-ewwel mudella fl-Irlanda li għandha din il-kundizzjoni.

Ritratt: Benefit Cosmetics UK

Is-sena l-oħra ikkompetiet fit-Teen Ultimate Beauty of the World u rebħet il-kompetizzjoni. B’hekk saret l-ewwel persuna bid-Down syndrome li qatt rebħet dan il-konkors internazzjonali.

Is-suċċessi għal din it-tfajla ma waqfux hawn għax l-istorja tagħhom ġibdet l-attenzjoni tal-kumpanijja Benefit Cosmetics tal-Ingilterra li għażluha biex tkun l-ambaxxatriċi tagħhom għal diversi prodotti li huma jipproduċu. Il-kumpanijja qalet li huma qed jittamaw li r-reklami li fihom qed tidher Grant iwasslu l-messaġġ li s-sbuħija qegħda f’kull persuna minn kull qasam tal-ħajja.

Kate hi konxja tal-fatt li bl-inklużjoni tagħha bħala ambaxxatriċi se tkun qed tħeġġeġ oħrajn biex ma jieqfux mill-jwettqu l-ħolm tagħhom.

Ritratt: Benefit Cosmetics UK