Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju fis-7pm, fi Studio B ta’ Spazju Kreattiv li jinsab fi Pjazza Kastilja fil-Belt Valletta se tkun qed tiġi organizzata Chinese Cultural Talk,  twassal stampa twila u sabiħa tal-istorja tal-iżvilupp tal-ħwejjeġ Ċiniżi, b’enfasi fuq il-ħolqien ta’ disinji tal-moda kontemporanja.

Minn ħwejjeġ antiki Ċiniżi għal ritwali kulturali; minn estetika tradizzjonali għaċ-Ċiviltà Ċiniża; mill-evoluzzjoni tal-ħwejjeġ għall-iskambju t-taħlit tal-kulturi tal-lvant u tal-punent. Mir-rikkezza kkulurita tar-Rotta tal-Ħarir għall-ftuħ u l-inklussività taċ-Ċina; mill-istil internazzjonali tal-kostumi Ċiniżi tad-Dinastija Tang ta’ eluf ta’ snin ilu għall-influwenza reċiproka bejn il-ħwejjeġ Ċiniżi u l-moda internazzjonali tal-lum.

Bil-ħwejjeġ bħala sfond importanti, hija vetrina għall-eluf ta’ snin ta’ kultura affaxxinanti Ċiniża fid-dinja, kif ukoll is-setgħa innovattiva integrata, miftuħa u inklussiva kif ukoll l-estetika kulturali tradizzjonali taċ-Ċina kontemporanja.

Il-kelliema għal dan l-avveniment hija Is-Sinjura Chu Yan, Professur Assoċjata fid-Dipartiment tal-Moda, fl-Istitut tat-Teknoloġija tal-Moda f’Beijing (BIFT), fundatriċi tal-marka tal-ħwejjeġ Ċiniża ġdida “CHUHETINGXIANG CHUYAN” u d-disinjatriċi ewlenija tal-kostumi informali tal-mexxejja tal-APEC tal-2014. Kienet ukoll l-ewwel gradwata b’Dottorat fid-Disinn tal-Moda Ċiniża. Chu Yan għamlet riċerka dwar il-wirt u l-innovazzjoni tal-kostumi tradizzjonali Ċiniżi fis-snin riċenti. F’aktar minn 20 sena fil-karriera tagħha fid-disinn, rebħet ħafna premijiet kemm fuq livell lokali u anka internazzjonali.

Din l-attività hi organizzata miċ-Ċentru tal-Kultura Ċiniża f’Malta b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.

Id-dħul huwa b’xejn għalkemm huwa meħtieġ li wieħed jibbukkja minn qabel. Dan billi jċemplu lil Spazju Kreattiv fuq 21223200 jew permezz tas-sit www.kreattivita.org