Fadal ftit tax-xhur mhux ħażin biex jiddebutta fiċ-ċinema, iżda diġà jidher biċ-ċar li l-film tad-Disney Frozen II se jkun suċċess kbir.

Fi Frar li għadda Disney bdew jagħtu togħma żgħira ta’ dak li kienu qed jaħdmu u dan it-teaser laħħaq id-39 miljun viżitatur.

Issa fl-aħħar sigħat inħareġ it-trailer uffiċjali ta’ Frozen 2 u f’temp ta’ ftit ħin, diġà daħlu jarawh aktar minn 100,000 persuna fuq il-pjattaformi diġitali.

Il-film mistenni jinħareġ fiċ-ċinema fl-Istati Uniti fit-22 ta’ Novembru u huwa s-sequel tal-film tal-2013.

Idina Menzel, Kristen Bell, Jonathan Groff, Josh Gad u Santino Fontana se jkunu qed jirritornaw biex jisilfu l-vuċijiet tagħhom lill-karattri prinċipali, u magħhom se jingħaqdu Evan Rachel Wood u Sterling K. Brown.

Il-film se jkun qed jintwera fuq format 2D, 3D u IMAX 3D.

L-ewwel film tal-2013 inħadem b’baġit ta’ $150 miljun u kellu dħul ta’ $1.276 biljun mill-box office.

F’dan it-tieni film, ir-Reġina Elsa, flimkien ma’ oħtha Anna, kif ukoll Kristoff, Olaf u Sven jitilqu għal vjaġġ mimli avventuri ‘l bogħod minn Arendelle.

Ritratt : Disney