Bjorn Vassallo, id-direttur tal-assoċjazzjonijiet tal-futbol Ewropej tal-FIFA, ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-President tal-MFA. Dan għamlu permezz ta’ artiklu li sponsorja fuq is-sit ta’ Lovin Malta. Hi stqarr li d-deċiżjoni li ħa hija importanti  għalih u jemmen li l-kandidatura  tiegħu hi waħda b’saħħitha hekk kif għandu bażi sogħda ta’ esperjenza u kompetenza fil-livelli kollha amministrattivi tal-futbol.

L-avukat Chris Bonett ukoll ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-Presidenza tal-MFA permezz  ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali. Bonett stqarr li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jaqsam il-proposti tiegħu u tat-tim tiegħu għall-futur tal-football Malti, fejn se jkun imniedi pjan fit-tul li għandu jwassal biex bil-ħidma tiegħu, flimkien ma’ dawk li għandhom għal qalbhom il-football, isiru l-bidliet neċessarji.