Il-Papa Franġisku jilqa' lill-Imħallef Raul Zaffaroni, President tal-Konferenza Pan-Amerikana tal-ĠudikantiFoto: Victor (Sokolowicz)

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-membri tal-ġudikatura biex jagħmlu mid-drittijiet soċjali prijorita fil-ħidma tagħhom għax sostna li ninabu fi żmien ta’ kriżi għal dawk li huma l-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjeta.

Il-Papa għamel dan l-appell waqt li kien qed ikellem Summit tal-Imħallfin Amerikani li kien organizzat f’Ruma mill-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi Soċjali bit-tema: “Drittijiet Soċjali u d-Dutrina Franġiskana”.

“Qed ngħixu fi żmien ta’ tibdil storiku fejn ir-ruħ tal-popli tagħna tinsab fil-periklu. Żmien ta’ kriżi – ta’ periklu u opportunitajiet – fejn qed naraw paradoss: min-naħa żvilupp normattiv fenomenali u min-naħa l-oħra it-tnaqqir tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet”, sostna Papa Franġisku.

Liġijiet dwar Drittijiet Soċjali

“Barra minn dan, is-soċjetajiet qegħdin dejjem aktar jadottaw forom li ma jagħtux każ il-valuri, speċjalment fejn jidħlu liġijiet li jirregolw id-Drittijiet Soċjali u dan jagħmluh għal raġunijiet differenti fosthom ta’ flus, nuqqasijiet, jew raġunijiet programattiċi. Ninkwieta nara min jgħolli leħnu fosthom xi ‘dottrinarji’ li jippruvaw jgħidu li d-drittijiet soċjali huma ‘antikwati’, m’għadhomx moda u li ma jiswew xejn għas-soċjetà”, qal il-Papa.

Il-Papa lmentaw li din l-attitudni qed twassal biex tkun adotata politika ekonomika u soċjali li tipprova tiġġustifika l-inugwaljanza. Huwa sostna:

“L-inġustizzji u n-nuqqas ta’ opportunitajiet tanġibbli u konkreti għax min jagħmel il-policies mhux kapaċi jpoġġi lilu nnifsu f’riġlejn dawn in-nies – ma għixtx fiż-żarbun għax ħafna minnhom anqas żarbun f’saqajhom ma għndhom – qed iwassal għall-vjolenza siekta, imma vjolenza xorta waħda”.

Is-Solitudni fil-Ġudikatura

Il-Papa qal li l-ġudikanti jiffaċċjaw bosta sfidi biex jiddefendu d-drittijiet soċjali. Hu faħħar l-isforzi tal-ġudikanti preżenti li joffru appoġġ reċiproku biex jegħlbu l-problema tas-“solitudni fil-ġudikatura” li tagħmilha diffiċli li jisfidaw l-istruttura tal-poter politiku.

“Dan ifakkarni, li f’numru ta’ każi mhux ftit, id-difiża jew il-prijorità tad-Drittjiet Soċjali fuq interessi oħra, iwasslukom bie tikkonfrontaw mhux biss sisteni imġusti imma anke sistemi ta’ poter li spiss iħarbtu d-deċiżjonijiet li tagħmlu intom, ipoġġu fid-dubju l-onestà u l-korrettezza tad-deċiżjonijiet tagħkom”, qal il-Papa.

Din hi battalja fejn biex tirbaħ mhux biss trid tkun b’saħħtek imma anke kreattiv u elastiku. Kemm il-darba, Imħallfin nisa u rġiel, iridu jiffaċċjaw weħidhom defamazzjoni u tgħajjir! Għalhekk hemm bżonn integrità biex tiffaċċjaw dawn is-sitwazzjonijiet, temm jgħid il-Papa.