Dan l-aħħar inqalgħet kwestjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran. L-irjus saħnu sew bil-President Donald Trump jhedded lill-Iran li jeqred lill-pajjiż l-ieħor waqt li l-Iran  permezz tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Mohammed Javad Zarif ma qagħadx lura u fajjar diversi theddid minn naħa tiegħu. Waqt dan kollu nħasset il-biża li ż-żewġ pajjiżi jisparaw bombi nukleari lejn xulxin.

F’dan ta’ gwerra nukleari, liema hu l-aktar pajjiż fid-dinja li hu sigur biex wieħed jeħles mill-effetti ta’ gwerra qerrieda bħal din?

Skond il-Global Peace Index li ħareġ dan l-aħħar l-aktar pajjiż fejn wieħed għandu jfittex kenn fih huwa l-Iżlanda. Dan il-pajjiż huwa ’l bogħod ferm mill-Istati Uniti u l-Iran ul-effett tal-bombi nukleari mhux suppost jinħass.

Iżda hemm ċerti regolamenti qabel xi ħadd ikun aċċettat f’dak il-pajjiż. L-ewwel nett trid tirreġistra bħala resident biex tingħata l-karta tal-identità. Wara sitt xhur awtomatikament tidħol fis-sistema tas-servizzi soċjali tal-pajjiż.

Pajjiżi oħra li fl-Index ingħataw li jistgħu jkunu siguri f’każ ta’ gwerra nukleari, immamhux daqs l-Iżlanda, huma New Zealand, l-Awstrija, il-Portugall u d-Danimarka.