Davide Tucci f'xena mis-sensiela L-Għarusa. Ritratt: Reno Rapa

Id-drama lokali tal-ħin ta’ filgħaxija huwa l-ġeneru tal-programmi li l-aktar li jiġbdu udjenzi wara l-aħbarijiet tal-istazzjonijiet lokali.

Dan joħroġ mill-istħarriġ ippublikat illum mill-Awtorità tax-Xandir.

L-istħarriġ sar f’Marzu u jirriżulta li l-aktar drama segwita hija L-Għarusa (TVM) b’udjenza ta’ 69,907 telespettatur.

Imbagħad warajha hemm Division 7 (ONE) b’udjenza ta’ 63,081 telespettatur.

Manwela (TVM), li tixxandar nhar ta’ Tnejn, għandha udjenza ta’ 35,569 telespettaur waqt li Klassi Għalina (One) li tixxandar il-Ħadd tlaħħaq udjenza ta’ 32,226 telespettatur.

Viġilante (TVM) li tixxandar is-Sibt jarawha 23,422 telespettaur.

Il-Ħamis imbagħad hemm Fattigi (Net) b’udjenza ta’ 18,541 telespettatur.

It’s Morris (Net) li kien qed jixxandar il-Ħadd irreġistra 16,088 telespettatur.

Fil-ħin ta’ wara nofsinhar hemm is-soap opera Ħbieb u Għedewwa (TVM) li tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa tilħaq l-għola udjenza tagħha nhar ta’ Tlieta b’14,123 telespettatur. Ir-ripetizzjoni tal-puntati kollha l-Ħadd wara nofsinhar għandha udjenza ta’ 15,662 telespettatur.