Il-kap eżekuttiv ta l-Unjoni Ewropea (UE) avża lill-Isvizzera li jeħtieġ li jiġi ffirmat trattat ġdid ta’ sħubija qabel it-18 ta’ Ġunju biex jinżamm l-aċċess tal-Borża Żvizzera għas-swieq finanzjarji.

F’ittra lill-president Żvizzeru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li kien lest li jikkjarifika kwalunkwe dubji li jista’ jkun hemm iżda tenaa li l-abbozz tat-trattat li sar f’Novembru tal-2018 mhux se jiġi nnegozjat mill-ġdid.

In-nuqqas ta’ approvazzjoni tat-trattat u l-bidu tal-proċess ta’ ratifika jista’ jħalli ħsara fir-rabtiet li l-Iżvizzera għandha mal-ikbar imsieħba kummerċjali tagħja.