Din is-sena kienet ir-raba’ sena konsekuttiva mindu ġiet organizzata l-attività bl-isem Sparatura b’Risq l-Istrina. Għal darba oħra, din l-attività ġiet organizzata mill-Istrina Fund Raising Committee tal-MDH. Dan il-grupp hu magħmlu minn professjonisti mill-qasam tas-saħħa.

Sparatura b’Risq l-Istrina 2019 ġie organizzat b’għan filantropiku. Il-President ta’ Malta George Vella attenda din l-attività biex ippreżenta l-midalja lir-rebbiħin. Hu qal li kien ta’ sodisfazzjoni kbir għalih jara lill-parteċipanti jagħtu sehmhom mill-qalb.