Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia nhar il-Ġimgħa se jkun Għawdex fejn se jindirizza laqgħa mat-tesserati Nazzjonalisti Għawdxin. Din il-laqgħa se tkun qed issir fi żmien li fih għadd ta’ MPs tal-PN qed jistennew li Delia jiddeċiedi jekk hux se jkun qed jirreżenja mill-partit wara t-telfa elettorali tiegħu fl-elezzjonijiet ta’ Mejju.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li tesserati Għawdxin tal-PN irċivew messaġġ li qed iħeġġihom jattendu għal-laqgħa ta’ nhar il-Ġimgħa li se ssir fil-każin tal-PN f’Ta’ Sannat.
It-Tnejn u t-Tlieta l-Grupp Parlamentari tal-PN iltaqa’ b’sorsi ta’ Newsbook.com.mt jgħidu li waqt il-laqgħa l-maġġoranza l-kbira tal-membri parlamentari talbu lill-Kap Adrian Delia u lill-bqija tat-tmexxija biex jassumu responsabbiltà politika għat-telfa fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali.

L-MPs qed jistennew li l-kwistjoni tiġi deċiża fi ftit jiem sal-aħħar tal-ġimgħa.

Filmati: Erfa’ r-responsabbiltà politika – l-MPs tal-PN lil Delia

F’kumment ma’ Newsbook.com.mt hekk kif spiċċat il-laqgħa ftit wara s-2 am, Delia qal li r-rwol tiegħu bħala kap tal-partit huwa li jisma’ lil kulħadd, kemm lill-Grupp Parlamentari, kif ukoll lit-tesserati u lill-votanti. “Ir-rwol tiegħi bħala leader huwa wkoll li nieħu deċiżjonijiet”, żied jgħid Delia. Għall-kuntrarju tas-sorsi ta’ Newsbook.com.mt, Delia qal li l-laqgħa ma kinitx imqanqla.

L-Għawdxin riedu laqgħa ma’ Dr Delia, minn meta l-Kumitat Eżekuttiv tal-PN ivvota għal Jean Pierre Debono biex jieħu s-siġġu vakat fil-Parlament mill-Għawdxi David Stellini.

Il-kordinatur politiku tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono spiċċa ma ħax il-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari. Minfloku ġie approvat Kevin Cutajar bħala MP.

Kevin Cutajar approvat b’akklamazzjoni

Din l-għażla saret qalb kontroversja li nqalgħet fil-PN li fiha spiċċa jirreżenja wkoll it-teżorier tal-partit.

”Bniedem validissimu; tal-mistħija” – Sammut dwar ir-reżenja tat-Teżorier tal-PN