Protesters gather at the rally called 'Flower Demo' to criticize recent acquittals in court cases of alleged rape in Japan and call for revision of the anti-sex crime law, in front of Tokyo Station in Tokyo, Japan June 11, 2019. REUTERS/Issei Kato

Vittmi tal-abbużi sesswali u persuni oħrajn li xtaqu juru s-sapport tagħhom għamlu numru ta’ rallies f’disat ibliet madwar il-Ġappun din il-ġimgħa sabiex jipprotestaw kontra l-ħelsien ta’ allegati persuni akkużati bi stupru u jitolbu għal riforma tal-liġi nazzjonali kontra l-istupru.

Il-persuni li nġabru flimkien fi protesta kienu qed iġorru sinjali b’#MeToo u #WithYou miktuba fuqhom. It-Tlieta filgħaxija mbagħad bosta persuni li sfaw vittma ta’ abbuż sesswali rrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom sabiex juru l-bżonn li titneħħa l-miżura li tpoġġi skumdita kbira fuq il-vittmi, u jiskoraġġixxihom milli jitkellmu dwar l-abbuż. Dan hekk kif hemm ċans li jtappnu ċ-ċans tagħhom jekk jagħmlu dan.

Il-leġiżlaturi rrevedew il-liġi dwar supru li kellha aktar minn 100 sena lura fl-2017 sabiex tinkludi pieni aktar ħorox, fost tibdiliet oħrajn. Ir-riformi madanakollu ħallew rekwiżiti kontroversjali għall-prosekuturi biex iġibu provi li kien hemm vjolenza jew intimidazzjoni involuti jew li l-vittma ma kinitx kapaċi tirreżisti.

Għaldaqstant, ħelsien ta’ bosta akkużati bi stupru reġa’ qajjem rabja kbira dwar l-istandards legali fil-pajjiż, li qed jagħmluha tidher illi jekk wieħed ma jiġġilidx lura, huwa impossibbli li wieħed jinstab ħati ta’ stupru.