Il-Parlament sellem il-memorja tal-Eks Deputat Speaker Michael Bonniċi li kien deskritt bħal politiku, spiżjar, storiku u filantropu.

It-tislima lil Bonniċi ingħatat b’diskorsi mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, mill-Viċi Kap tal-PN David Agius u mid-Deputat tal-Oppożizzjoni Demokratika Godfrey Farrugia fil-preżenza tal-qraba ta’ Michael Bonniċi.

Kif isir f’dawn l-okkażjonijiet il-Parlament ippubblika fuljett li jinkludi l-ewwel diskors parlamentari ta’ Bonniċi fl-1987.

Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg sellmet lil Bonniċi u fakkret li kien elett bejn l-1987 u l-2003 u kien kopra r-rwol tagħha wkoll tagħha ta’ deputat speaker.

Bartolo ddeskriva lil Bonniċi bħala ġentlom u persuna b’umanità kbira li ħalla wirt kbir fil-qasam mediku hekk kif għal tliet snin sħaħ ħadem biex waqqaf l-ispiżerija storika fl-isptar ta’ Santu Spirtu fejn ġieli ħareġ flus mill-but biex ġew akkwistati artifatti storiċi.