L-eks difensur ta’ Arsenal Emmanuel Eboue tkellem dwar is-saħħa mentali tiegħu u qal li qed isibha diffiċli jikkumbatti din il-problema.  Emmanuel ta’ 36 sena,  tkellem fuq it-televiżjoni Franċiża dwar il-ġlieda tiegħu kontra d-dipressjoni.

F’intervista emozzjonali huwa stqarr li l-problemi tiegħu bdew meta ġie sospiż minn kwalunkwe attività relatata mal-futbol għal sena. Il-projbizzjoni, wasslet biex il-kuntratt tiegħu għal żmien qasir fil-Premier League ma’  Sunderland kellu jitwaqqaf.

Eboue li rtira mill-futbol, lagħab għal pajjiżu, l-Kosta tal-Ivorju 79 darba, skurja tlett gowls u lagħab f’żewġ Tazzi tad-Dinja. Hu lagħab ukoll ħames darbiet fl-Africa Cup of Nations.

Wara li għamel xi żmien bogħod mill-attenzjoni tal-midja biex ikun jista’ jiffoka fuq saħħtu, issa jidher li qed iħossu aktar komdu jitkellem fil-pubbliku dwar l-isfidi li qed jaffaċja f’ħajtu.