L-Assoċjazzjoni kompliet bl-attivitajiet tal-Karozzi Autocross fejn organizzat l-għaxar tiġrija tal-istaġun Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019. Tul il-Heats tal-ġurnata Melo Zammit iddomina u rnexxielu jirbaħ zewġ Heats min tlieta biex kien l-ewwel sewwieq li assigura postu fil-finali Klass A. Miegħu ikkwalifikaw Terence Azzopardi, Ryan Scicluna, Christian Mark Galea, Jean Paul Grech u Karl Micallef. Fil-finali, Zammit irreġistra rebħa oħra f’dan l-istaġun segwit min Azzopardi u Scicluna.

Il-finali ta’ Klassi B intrebħet minn Joseph Micallef segwit minn Pisani u Theo Micallef. Kyle Agius kompla jiddomina l-Klassi Autocross Standard.  Jerome Peplow u Johann Vella fuq rebħu t-tieni u t-tielet postijiet rispettivament.

Nhar il-Ħadd li ġej 16 ta’ Ġunju 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser tkompli b’iktar attivitajiet tant li nhar il-Ħadd imiss il-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2018-2019 jasal għall aħħar attivita tal-istaġun. Din l-attivta ser issir fil-Barriera tal-Fawwara Limiti tas-Siggiewi u tibda fl-10:00am. Attività oħra bil-karozzi mistennija issir nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju 2019 u tibda 6:00pm.

Intant Silio Schembri ħa sehem fit-tieni round tal-Trofeo Centro Italia Veloċita li wara taħriġ intensiv Schembri kellu iħabbat wiċċu ma xejn inqas min 12 il-kompeititur ieħor. Iżda minkejja li dawn kienu sfida għal Schembri dan irnexxielu jagħmel ħin tajjeb tant li spiċċa biex beda t-tiġrija uffiċjali mir-raba’ post. Tul it-tiġrija ta’ 4 kilometri Schembri kompla jagħmel ħiltu biex ma jitlifx postu saħansitra spiċċa mal-ewwel tlieta.

Schembri mistenni jerġa’ jieħu sehem f’Lulju li ġej fiċ-ċirkwit ta’ Perugia u f’Ottubru f’Valle Lunga fl-Italia.