Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Ħabta fil-Mellieħa wasslet sabiex sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Triq il-Manikata fis-6.45am. Il-mutur li kien misjuq minn raġel ta’ 22 sena min-Nadur kellu mpatt ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 24 sena minn San Ġwann.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.