Iż-żgħażagħ fil-Malasja maħkuma mid-diprezzjoni

Il-Knisja fil-Malasja qed tgħin u takkumpanja żgħażagħ li qed ibagħtu mid-diprezzjoni li skont mexxej tal-lajċi Kattoliċi “il-kundizzjoni ta’ diprezzjoni mentali qed tiżdied fost iż-żgħażagħ Malasjani.

In-“National Health and Morbidity Survey”, li jsir mill-Ministeru ts-Saħħa tal-pajjiż, sab li l-istat tas-saħħa mentali fl-adoloxxenti fil-Malasja hu wieħed inkwetanti. Instab li l-Malasjani fl-età bejn 13 u 17-il sena isofri minn problemi ta’ saħħa mentali. Wieħed minn kull ħamsa ibati minn depressjoni, filwaqt li tnejn minn kull ħamsa isofru minn ansjetà u wieħed minn kull għaxra jsofru minn “stress”.

Il-problemi tal-istudenti

L-istħarrig svela wkoll li 50% ta’ 120,420 student għandhom problemi personali li jinkludu ‘stress’ mill-eżamijiet, 29% għandhom problemi familjari u 11% għandhom problemi ma’ ħbieb filwaqt li 10% oħra għanhom problemi mal-għalliema tagħhom.

Iffaċċjati minn din l-emerġenza diversi djoċesijiet u parroċċi fil-Malasja ddeċidew li jimpenjaw biex jakkumpanjaw lil dawn iż-żgħażagħ u jgħinuhom jegħlbu d-dipressjoni u problemi mentali oħra. “Irridu nakkumpanjawhom fil-ħajja personali tagħhom fuq livell uman u spiritwali u ngħinuhom fl-istudji tagħhom.  Iż-żgħażagħ tal-lum qed jiffaċċjaw diversi sfidi.”

L-istess mexxej tal-lajċi Kattoliċi qal li l-parroċċi fuq kollox qed jakkumpanjaw liż-żgħażagħ biex jikkutivaw il-fidi fuq livell personali. Il-ġenituri għandhom sehem important biex jikkomunikaw il-fidi lil uliedhom anke għaliex “ħajja spiritwali tajba tista’ tipprteġik mid-dipressjoni”.

Tama għal aktar vokazzjonijiet

“Hemm tama li fil-futur ikun hemm vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi li jkunu jistgħu jiddedikaw lilhom infushom għa din il-missjoni”, qal Fr. Anthony Liew, kappillan tal-parroċċa ta’ San Mikiel filwaqt li stieden lill-ġenituri u lill-anzjani biex “jakkumpanjaw lil uliedhom f’dan i-vjaġġ ta’ fidi u jitolbu għalihom”.

Father Liew spjega li Kattoliċi żgħażagħ għandhom joqgħodu għar-rieda t’Alla u jistqsu lilhom infushom kif jistgħu jgħixu ħajja ferrieħa u bis-sens: dan hu antitodu għad-dipressjoni. Kull persuna huma msejjaħ biex jiddixxerni s-sejħa tiegħu jew f’ħajja konsagrata jew f’ħajja lajka, biċ-ċertezza li Alla ma jabbandunah qatt.

Il-Malasja hi pajjiż Musulman bażat fuq prinċipji sekulari. 9.2% biss huma Kattoliċi. Żewġ terzi tat-2.6 miljun nisrani jgħixu fil-Lvant tal-pajjiż – fil-gżejjer Borneo.