Google Maps

Minħabba l-attivitajiet konnessi mas-Summit tal-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea li se ssir għada, il-Pulizija permezz ta’ stqarrija qalet li qed tagħmel l-arranġamenti meħtieġa dwar l-immaniġġjar tat-traffiku. Dawn il-miżuri qed jittieħdu biex kemm jista’ jkun ma jkunx hemm inkonvenjenza żejda għas-sewwieqa u għall-pubbliku.

L-attivitajiet prinċipali se jsiru fl-inħawi tal-Berġa ta’ Kastilja. Attivitajiet oħra se jkunu qed isiru filgħaxija fil-Palazz tal-President il-Belt.

Għalhekk se jkun hemm perijodi ta’ ħin li t-traffiku se jkun temporanjament imwaqqaf jew ristrett. L-istess restrizzjonijiet se japlikaw fit-toroq fl-inħawi tal-ajruport kif ukoll f’ċerti nħawi ta’ San Ġiljan. Hawn se jkun ukoll ristrett il-parkeġġ. Il-Puliżija qed titlob il-koperazzjoni tal-pubbliku.