Bħalissa l-Ukrajna qed tirreġistra żieda qawwija fit-turiżmu u dan minħabba fis-suċċess tas-sensiela Chernobyl li ntweriet fuq ħames puntati.

L-aġenziji tat-turiżmu qed jagħmlu wkoll tours fil-belt ta’ Pripyat u apparti ż-żieda fenomenali għax-xahar ta’ Ġunju meta mqabbla ma’ Ġunju tas-sena l-oħra, l-istess aġenziji qed jirreġistraw żidiet fil-bookings għal Lulju, Awwissu u Settembru.

Jintemm ir-renju ta’ Game of Thrones; Jibda dak ta’ Chernobyl

Biex ikomplu jżidu mal-interess li qajmet il-mini sensiela ta’ ħames puntati, bosta influencers qed jerħulha lejn il-belt ta’ Pripyat fejn qed jippużaw għal ritratti li permezz tagħhom aktar qed inisslu l-interess fost is-segwaċi tagħhom biex huma jagħmlu bħalhom u jmorru jżuru l-belt fejn seħħ l-ikbar diżastru nukleari fl-1986.

Chernobyl toħloq kontroversja; Ir-Russi jridu jaħdmu l-verżjoni tagħhom

Is-suċċess ta’ din il-minisensiela ħadd ma kien qed jistennih u għall-istazzjon Amerikan HBO li xandarha, l-ħaar punata irreġistrat l-għola udjenzi tiegħu. Jingħad ukoll li s-suċċess tas-sensiela kien b’saħħtu daqs il-popolari Game of Thrones.

Iżda filwaqt li f’daqqa waħda dan il-post qed isir attrazzjoni turistika, hemm min ġibed l-attenzjoni biex ifakkar li f’dan il-post kienet seħħet traġedja kbir u għaldaqstant irid ikun hemm ftit aktar rispett anki minn ritratti b’ċertu pożi li qed jittieħdu f’dan il-post.