Raġel waqa’ minn fuq ħajt għoli sular f’residenza fil-limiti ta’ Marsalforn.

Il-Pulizija marret fuq il-post għall-ħabta tas-1.30am, fejn minn investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel, li huwa Ingliż, kien waqa’ minn fuq ħajt f’residenza privata.

Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.