Matul l-2018 ingħataw 334,751 ċitazzjoni u 12,749 twissija, 14.2% inqas mis-sena ta’ qabel.

Aktar minn nofs iċ-ċitazzjonijiet maħruġa matul l-2018 ingħataw mill-Uffiċjali tal-komunità, filwaqt li aktar minn 56,000 ingħataw permezz tal-ispeed kameras. Aktar minn 31,000 ċitazzjoni ngħataw permezz tas-CCTV u 11% ngħataw mill-pulizija, filwaqt li Transport Malta ħarġet 4% taċ-ċitazzjonijiet matul l-2018. Min-naħa tal-edukazzjoni ħarġu ftit aktar minn tliet elef ċitazzjoni.

Dawn iċ-ċifri ġew preżentati fil-Parlament wara li d-Deputat tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.