Il-vidjografu Steve Zammit Lupi xandar filmati ta’ produzzjoni li kien qed jaħdem flimkien ma’ Mark Bishop li tilef ħajtu f’inċident bil-mutur ilbieraħ filgħodu.

Il-filmat juri l-vjaġġ ta’ Bishop li ta kuljum kien jaqsam il-fliegu bejn Għawdex u Malta biex imur għax-xogħol bil-mutur tiegħu.

Zammit Lupi stqarr li kien ilu jaħdem fuq il-filmat madwar sena u qatt ma basar li kellu jużahom għall-okkażjoni tal-lum.

Filwaqt li sellem lill-vittma, Zammit Lupi awgura li Bishop jibqa’ jsuq fil-ġenna.

Aqra: Sewwieq ta’ mutur jitlef ħajtu f’ħabta ma’ trakk f’Birkirkara